Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fi stqarrija l-Ħamis filgħaxija, ħabbar li ċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019, li kellha ssir fid-9 ta’ Diċembru, ma tistax isseħħ fid-dell tqil ta’ żviluppi riċenti li jimplikaw lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Għalhekk tisħaq li l-kriżi kurrenti nazzjonali ħaqqha l-attenzjoni sħiħa tal-Kunsill.
Il-Kunsill jirrikonoxxi li bħala kittieba, Daphne Caruana Galizia kienet monumentali biex skattat dan il-bdil politiku u sinifikanti li għaddej minnu l-pajjiż.
Il-Kunsill, li huwa mexxi mill-President Mark Camilleri, saħaq kif dawn iż-żminijiet huma turija tas-saħħa tal-kelma miktuba. Iċ-ċelebrazzjoni tal-letteratura tingħata vuċi aktar b’saħħitha jekk wieħed jipparteċipa fil-ġrajjiet storiċi li qed jinfirxu nazzjonalment.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jawgura li r-riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ikunu jistgħu jitħabbru f’Jannar li ġej, taħt ċirkustanzi li jimmeritaw iċ-ċelebrazzjoni tal-kittieba u x-xogħlijiet tagħhom.
//= $special ?>