Għawdex Lokali

Dewmien fil-kju lejn il-vapur t’Għawdex

“Fiċ-Ċirkewwa hawn rebus”. Hekk sostnew ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet persuni li jinsabu sejrin lejn il-gżira Għawdxija fejn esprimew is-sewwieqa urew il-frustrazzjoni tagħhom hekk kif fi kliemhom din qed issir rutina ta’ spiss.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li s-serbut ta’ vetturi ilu s-sigħat mingħajr waqfien kawża li l-kumpanija tal-Gozo Channel għandha biss żewġ vapuri jiffunzjonaw.

Dan kollu minħabba l-fatt li minn 4 vapuri l-kumpanija spiċċat bi tnejn wara li vapur minnhom spiċċa ġarrab xi ħsarat filwaqt li l-ieħor spiċċatlu l-kirja temporanja tiegħu.