Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħarab mid-dimostranti li damu sat-3 u nofs ta’ filgħodu jistennewh ħiereġ minn Kastilja wara l-laqgħa tal-Kabinett billi ħareġ mill-bieb tal-ġenb li jagħti għal Triq il-Merkanti.
Il-ġurnalisti tagħna flimkien ma’ dawk internazzjonali kienu lesti biex jaffacjawh bid-domandi… iżda dlonk sabu lill-uffiċċjal personali tas-sigurtà jimbuttana biex ma niehdux ir-reazzjoni ta’ Joseph Muscat.
Il-Prim Ministru spiċċa ħarab b’karozza oħra li mhux solitu juza… hekk kif il-karozza tiegħu, għall-ħabta tas-1 ta’ filgħodu, telqet minn biswit il-Berġa ta’ Kastilja lejn Triq in-Nofsinhar.
Mill-filmati, wieħed malajr jintebaħ is-saħħa kbira ta’ pseudo-uffiċċjali tas-sigurtà li ġew imsejjħa mill-Partit Laburista sabiex jintimidaw u jwaqqfu lill-ġurnalisti milli jaqdu dmirhom.
Id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, ħareġ b’sigurtà kbira u ħarab milli jwieġeb jekk iċ-ċaħda tal-maħfra Presidenzjali lil Yorgen Fenech tfissirx protezzjoni lil Keith Schembri.
Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia u l-Ministru tat-Trasport, Ian Borg, ukoll għażlu li jkollhom protezzjoni massima mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
L-istess il-Ministru tal-Enerġija, Joe Mizzi, li ħareġ qabel il-Prim Ministru u nħasad malli sab il-ġurnalisti ma’ wiċċu.
Justyne Caruana u Julia Farrugia Portelli ukoll kienu mdawwra minn folla enormi sabiex izommuna milli nistaqsu.
Fuq barra kien evidenti illi n-nies li jappogjaw lill-Gvern ta’ Muscat ma ttollerawx lid-dimostranti jipprotestaw għall-ġustizzja u l-verità.
//= $special ?>