Lokali

AĠĠORNATA B’FILMATI: Studenti Universitarji fi protesta spontanja biex jitolbu ġustizzja

Grupp ta’ studenti Universitarji organizzaw protesta spontanja, li bdiet ħdejn l-iSkatePark, fl-Imsida. Matulha, l-istudenti qed jingħaqdu fit-talba għal ġustizzja, filwaqt li jgħidu li “Daphne kellha raġun”.

Dan b’referenza ċara għall-istejjer li l-Ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia kienet żvelat fil-blogg tagħha dwar l-iskandli li fihom huma nvoluti persuni qrib il-Gvern ta’ Joseph Muscat.

Minn hemm, l-istudenti bdew mexjin lejn il-flyover tal-Kappara u poġġew bilqegħda f’nofs ta’ triq.

Matul il-protesta, il-membri tal-Korp tal-Pulizija preżenti fil-post ippruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Madankollu, wieħed mix-xufiera li weħel fit-traffiku deher li se jsuq il-karozza tiegħu, iżda twaqqaf immedjatament miż-żgħażagħ preżenti.

U fi tmiem il-protesta spontanja, l-istudenti preżenti kantaw l-Innu Nazzjonali bħala sinjal ta’ għaqda fil-messaġġ tagħhom.