Lokali

“Grazzi lill-Pulizija tax-xogħol siewi u professjonali” – l-MPA

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija, l-MPA, irringrazzjat lill-
membri tal-Korp li ta kuljum qegħdin ikunu ordnati ġewwa l-Belt Valletta minħabba il-protesti li ta’ kuljum qegħdin ikunu organizzati.

Fi stqarrija mill-President tal-MPA, Alexander Schembri, jingħad li dawn il-membri tal-korp qegħdin jaħdmu minn qalbhom f’sitwazzjonijiet xejn feliċi, u f’ċertu ħinijiet ukoll ta’ periklu għal saħħithom.

Ġie nnotat ukoll kif ġew mobilizzati l-Pulizija minn Night Watch sabiex assistew lil dawk fil-Belt Valletta, diversi membri tal-Korp li mhux stazzjonati fid-Distrett Nru 1 u iżjed u iżjed inzertaw ma kinux xogħol ħassew dover li jilbsu l-uniformi u minn jeddhom jassistu lil sħabhom f’din is-sitwazzjoni.

Kienu bosta wkoll dawk li għalkemm kienu xogħol ta’ bil-lejl f’diversi għasses oħra u ma kienux imsejħa sabiex jiġu l-Belt, ħassew id-dover li jiġu huma wkoll ġewwa l-Belt sabiex jassistu wkoll.