Rapporti f’diversi sezzjonijiet tal-media qed jillikjaw id-diskussjonijiet interni, u f’ħafna mumenti jaħarqu, li kien hemm fil-laqgħa tal-Kabinett illi l-Prim Ministru sejjaħ b’urġenza.
Is-sit LovinMalta qed jirrapporta li numru ta’ Ministri esprimaw ir-rabja tagħha u kienu litteralment inkurlati meta semgħu li Keith Schembri ġie liberat. Qed jiġi rrappurtat li l-membri tal-Kabinett baqgħu bla kliem għall-ewwel, imbgħad kienet evidenti l-frustrazzjoni tagħhom.
Madankollu, huma xorta qablu li Yorgen Fenech m’għandux jingħata l-proklama.
