Lokali

Il-Ministru Evarist Bartolo jsostni li nistgħu nibdew paġna ġdida bħala pajjiż

“B’dak li ġara u b’li qed insiru nafu, hawn ħafna persuni konfui, mitlufa, irrabjati, dispjaċuti u jħossuhom ittraduti”

Dan hu dak li kiteb il-Ministru Evarsit Bartolo fl-aħħar sigħat b’reazzjoni għall-aħħar żviluppi politiċi b’rabta mal-assasinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Din m’hix l-ewwel darba li f-aħħar jiem il-Ministru Evarist Bartolo kiteb post fuq Facebook jesprimi -ħsibijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni preżenti ta’ pajjiżna. Dawn l-aħħar kummenti l-Ministru Bartolo kitibhom wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat sejjaħ aqgħa urġenti tal-kabinett tiegħu. Laqgħa li damet sat-3am sabiex ikun diskuss jekk Yourgen Fenech għandux jingħata l-maħfra presidenzjali sabiex jgħaddi informazzjoni dwar l-assasinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ikkummenta