Lokali

Il-PM jħabbar li ġew rifjutati żewġ talbiet ta’ Maħfra Presidenzjali minn Yorgen Fenech

Il-Prim ministru Joseph Muscat iddikjara li Yorgen Fenech ġie rrifjutat darbtejn li jingħata Maħfra Presidenza.

L-iżvilupp iseħħ ftit sigħat wara li Yorgen Fenech għamel xhieda ġuramentata li lest joffri informazzjoni
“fil-konfront ta’ Keith Schembri, Konrad Mizzi, Chris Cardona u oħrajn, kollha persuni viċin ħafna tal-Prim Ministru.”

Wara, Yorgen Fenech bagħat ittra lill-President, fejn jilmenta li l-Prim Ministru jew il-Kabinett ma jistax jiddeċiedi ladarba dak li jrid jiżvela hu dwar persuni qrib tiegħu.

Issa jrid ikun il-President ta’ Malta li jiddeċiedi dwar it-tielet talba għal Maħfra Presidenzjali.