Ekonomija Lokali

Il-UĦM titlob laqgħa urġenti tal-MCESD

Il-UĦM Voice of the Workers dalgħodu kitbet lil John Bencini, iċ-Chairperson talKunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u informatu li fid-dawl ta’ l-iżviluppi li qed iseħħu ġewwa pajjiżna minn ħin għal ieħor, u fid-dawl li pajjiżna jinsab fi kriżi nazzjonali, l-attività ta’ nhar t-Tnejn rigward il-Produttivita’ għandha tiġi posposta.

Il-UĦM saħqet ma’ John Bencini sabiex l-aġenda tal-MCESD tiġi sospiża minnufih u minflok tissejjaħ laqgħa urġenti ħalli din is-sitwazzjoni inkwetanti fil-pajjiż tiġi diskussa fost l-imsieħba soċjali.

Dan l-appell twassal ukoll mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA), is-CMTU, ilGWU, il-GRTU, il-MHRA, il-Kamra tal-Kummerċ, il-For.UM u mis-Soċjetà Ċivili.

Din il-union tisħaq stand up and be counted lill-korpi kostitwiti kollha sabiex isemmgħu leħinhom fl-interess nazzjonali għan-nom tal-membri tagħhom. Intant il-UĦM Voice of the Workers se tieħu sehem fil-protesta tal-lejla quddiem il-Berġa ta’ Kastilja.

Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ din il-union se jkun wieħed mill-kelliema li se jindirizza l-folla preżenti.