Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jiltaqa’ mal-Papa Franġisku fil-Belt tal-Vatikan nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru.
Iżda din il-laqgħa mhix tinżel tajjeb mal-poplu Malti, fid-dawl tal-protezzjoni li l-Prim Ministru qiegħed jagħti liċ-Chief of Staff uxxenti, Keith Schembri, fl-assassinju tal-ġurnalista investigattiva, Daphne Caruana Galizia.
Inizjattiva ta’ lettur mill-Università qegħda tħeġġeġ lill-Maltin sabiex jiktbu lin-Nunzju Appostoliku għal Malta, l-E.T. Mons. Alessandro d’Errico, biex il-Papa ma jilqax lill-Prim Ministru fil-Vatikan.
L-ittra tgħid li fid-dawl tar-rivelazzjonijiet ta’ attività kriminali fl-ogħla livelli tal-Gvern Laburista, kibru s-sejħiet għar-riżenja tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, minn kull rokna tad-dinja, fosthom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa.
Għalhekk, dawn l-akkademiċi, li għandhom għal qalbhom il-proċess demokratiku ta’ pajjiżna u saltna tad-dritt li twassal għall-ġustizzja vera, jisħqu li mhuwiex għaqli u pastoralment inopportun li l-Papa jkun involut f’eżerċizzju ta’ propoganda bil-għan li l-Prim Ministru jipposponi l-eżitu inevitabbli ta’ dan il-kollass kostituzzjonali
//= $special ?>