Lokali

L-aħwa Degiorgio f’tentattiv li jimblukkaw ix-xhieda tal-‘middleman’

Tnejn mill-irġiel akkużati li għamlu bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia, qegħdin jippruvaw iwaqqfu x-xhieda tal-‘middleman’ Melvin Theuma, li kellha ssir illum, wara li ppreżentaw applikazzjoni b’urġenza fil-Qorti.

Dan l-att ġudizzjarju, li kompla żied l-avvenimenti drammatiċi tal-Ħamis, ġie ppreżentat minn George u Alfred Degiorgio quddim il-Qorti Kriminali li kienet laqgħed it-talba tal-Avukat Ġenerali f’rikors li kien għamel biex Melvin Theuma jixhed fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil.

Ir-rekords tal-każ diġa ġew trasferiti lill-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Edwina Grima, li f’dan l-istadju qed huwa smigħ preliminari li għandu jwassal għall-att tal-akkuża. Madankollu, revelazzjonijiet riċenti dwar il-qtil tal-ġuralista wasslet lill-Prosekuzzjoni biex tfittex awtoriżazzjoni biex tipproduċi ‘xhieda ġodda’.

Fatti ġodda li seħħew fl-14 ta’ Novembru, li għadda wara li kienet qed tiġi magħmula l-att tal-akkuża, allegatament wasslet lill-investigaturi fid-direzzjoni ta’ Melvin Theuma bħala ‘middleman’ bejn is-suspettat mandant u dawk li wettqu l-eżekuzzjoni.

F’applikazzjoni li saret nhar l-Erbgħa, l-Avukat Ġenerali qal li sakemm l-identità ta’ Theuma ma kinitx magħrufa qabel ma kienet se toħroġ l-att tal-akkuża u sakemm ix-xhieda tiegħu kienet relevanti għall-każ, il-Prosekuzzjoni kienet qed tipprovi tottjeni permess biex tipproduċi provi ġodda mix-xhieda tiegħu.

Melvin Theuma, li bbenefika minn maħfra Presidenzjali, qal lill-Prosekuturi li kien lest jagħti l-informazzjoni kollha, jikxef kollox u jgħid il-verità kollha li kien jaf dwar l-assasinju.

Mandankollu, wara t-talba tal-Avukat Ġenerali li kienet milqugħa mill-Qorti Kriminali u li l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, li kienet qed tippresedi l-każ fuq il-kumpilazzjoni tal-provi, kollox kien maħsub li s-smigħ kien se jsir il-Ġimgħa filgħodu, iżda l-Avukat Difensur tal-aħwa Degiorgios, William Cuschieri, ppreżenta kawża biex jimblokka x-xhieda.

Din l-applikazzjoni hija msaħħa minn kopji tar-rapporti fil-media lokali, fejn qed jingħad rapurtaġġ estensiv dwar avventimenti riċenti marbuta mal-każ tal-qtil ta’ DCG, bl-aħwa Degiorgio jikkontendu li dan kollu jikkontradixxi t-talba li għamel l-Avukat Ġenerali.

“Mingħajr dubju l-Avukat Ġenerali kien jaf fuq din il-persuna [Theuma] għal aktar minn sena u qabel konklużjoni tal-kumpilazzjoni u lanqas kien biss bagħat għalih bħala xhud”, argumenta l-avukat Cuschieri, li għamel ukoll referenza dwar rapporti li jgħidu li sid il-kumpanija17 Black, Yorgen Fenech, mhux biss kien f’kuntatt ma’ Theuma iżda, aktar minn hekk, il-mobile tiegħu kien qed jiġi tteppjat għal dawn l-aħħar 15-il xahar.

Il-fatt li l-Avukat Ġenerali kien jaf fuq Theuma qabel ma ħarġet l-att tal-akkuża huwa ta’ prova aktar ċara fuq dak li xehed il-Kap tas-Servizzi Sigrieti, il-mara ta’ Vincent Muscat – l-akkużat l-ieħor – u oħrajn, kompa jgħid l-Avukat Difensur tal-aħwa Degiorgio. Għal dawn ir-raġunijiet għandha tkun revokata l-ordni biex Theuma jixhed f’dawn il-proċeduri u għalhekk tali ordni għandha tiġi revokata.