Net News jista’ jiżvela li 8 Ministri lesti jirriżenjaw kemm-il darba Joseph Muscat ma jerfax ir-responsabbilta’ politika u jwarrab immedjatament mit-tmexxija ta’ Kastilja. Dan il-fatt kien konfermat minn aktar minn sors wieħed, tant illi ftit tal-ħin ilu t-Times irrappurtat li Muscat se jwarrab b’mod imminenti.
Ftit tas-sigħat ilu, dan is-sit diġa’ kien żvela li dik ta’ dan il-lejl kienet waħda taħraq ħafna.
B’kollox kien 14 dawk li tkellmu apertament kontra Joseph Muscat fil-laqgħa tal-Kabinett, iżda huma 8 li b’mod formali wasslu fl-aħħar ħinijiet xi forma ta’ komunikat lill-Prim Ministru.
Intant, nistgħu nikkonfermaw li l-meeting Laburista tal-Fgura ġie imħassar.
