Lokali

Posposta s-seduta li matulha kellu jixhed Melvin Theuma

Ġiet posposta s-seduta fil-Qorti biex Melvin Theuma, l-allegat middleman fl-assassinju tal-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jitla’ jixhed fil-kumpilazzjoni kontra t-tlett irġiel akkużati bil-każ. Times of Malta kkwotat sorsi li qalu li l-posponiment tal-kawża seħħ wara talba tal-Pulizija.

Melvin Theuma kellu jixhed quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li l-Avukat Ġenerali talab li l-kumpilazzjoni tal-evidenza terġa’ tinfetaħ. Il-kumpilazzjoni kontra l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vince Muscat segwiet il-konferma tal-Maħfra Presidenzjali mitluba mill-Avukat ta’ Theuma.