Internazzjonali

Renju Unit: Il-Brexit se jsir ‘mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar’

Il-Prim Ministru Britanniku u Kap tal-Partit Konservattiv, Boris Johnson, qal li r-Renju Unit għandu jkun barra  l-Unjoni Ewropea sal-31 ta’ Jannar u ‘bħala l-aktar żmien tard’, f’każ li t-Tories jirbħu maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali tat-12 ta’ Diċembru.

Meta kellem lill-LBC radio, Johnson enfasizza li ‘l-partit fil-Gvern, fil-każ li jikseb il-maġġoranza, se jagħmel ħiltu kollha biex il-proċess tal-Brexit ma jġebbidx għal aktar fit-tul mid-data speċifika.

Hu irrepeta l-messaġġ li ma jara l-ebda raġuni għalfejn ir-Renju Unit jista’ ikollu l-ħtieġa li jestendi l-perjodu tat-tranżizzjoni, wara l-Brexit, sa ‘il hinn mill-aħħar tal-2020.

Meta, imbagħad, kien mistoqsi jekk jippreferix li jkun Prim Ministru jew li r-Renju Unit jispiċċa minn Stat tal-UE, Boris Johnson wieġeb, bl-tlaqliq, li ‘mhemmx dubju li hu jippreferi li kieku pajjiżu ma jiffurmax aktar parti mill-Unjoni.’

Ikkummenta