Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.50p.m tal-bieraħ fi Triq tal-Infetti fl-Imdina meta seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Ford misjuqa minn raġel Taljan u scooter tat-tip Peugeot Tweet minn żagħżugħ Indjan ta’ 23 sena residenti l-Imsida.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ