Lokali

Sparatura fi tmiem argument bejn tliet persuni f’Marsaskala

Il-Pulizija qed tinvestiga sparatura li seħħet dalgħodu f’Marsaskala, fi tmiem argument bejn tliet persuni.

Jirriżulta li l-każ seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq il-Qaliet, fejn it-tliet persuni kellhom argument jaħraq. Mhux magħruf x’wassal għal dan, bil-Pulizija mhux jeskludu wkoll li ntużat arma li taqta’ u bil-ponta.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’, b’aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.