Lokali

Uħud mill-Ministri skomdi bis-sitwazzjoni

Evidenti – il-Ministri skomdi immens wara l-laqgħa tal-Kabinett – fost dawn, il-Ministru Michael Falzon.

Il-Ġimgħa staqsejna li Michael Falzon jekk iħossux komdu jaħdem fi Gvern li jinsab fi kriżi politika bla preċedenti kriżi fejn l-Eks Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri, kien implikat f’każi ta’ korruzzjoni, u saħansitra fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Dan apparti l-Minsitru Konrad Mizzi li spiċċa irriżenja wara li ftit tas-sigħat qabel kien imġiegħel jixhed fil-Qorti fil-kawża li fetaħ il-Kap tal-PN Adrian Delia dwar il-Vitals.

Michael Falzon prova jdawwar il-mistoqsija fuq id-dimostranti u l-protesti li kienu qed isiru matul din il-ġimgha u saħansitra stqarr illi ma jaħsibx li tezisti kriżi.