Lokali

YORGEN FENECH: “Il-verita’ se toħroġ”

In-negozjant Yorgen Fenech ta’ l-ewwel kummenti tiegħu hekk kif ftit tal-minuti ilu għadu kemm ħareg mill-Qorti.

Yorgen Fenech qal f’dan il-mument ma jixtieqx jitkellem għaliex hu mument delikat ħafna filwaqt li fl-istess ħin qal li l-verita’ se tkun qed toħroġ.

Fenech qed jgħid li qed jibża’ għal ħajtu.

Hu kien akkumpanjat minn wieħed mill-avukati tiegħu, Gianluca Caruana Curran, hekk kif fit-3pm instema’ l-mandat ta’ inibizzjoni li ġie ppreżentat il-bieraħ minn Fenech stess sabiex l-ispettur Keith Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni ta-assasinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.