Lokali

Appell urġenti għad-demm tat-tip O positive u A positive

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa kbira għad-demm tat-tip O positive u A positive. Is-Servizz japprezza li d-donazzjonijiet tad-demm isiru ILLUM jew għada l-Ħadd jkunu jistgħu jinqdew il-pazjenti.

Jekk id-donazzjonijiet tad-demm ma jkunux suffiċċjenti, jista’ jagħti l-każ li fil-bidu tal-ġimgħa li ġejja xi operazzjonijiet jew trattamenti jkollhom jiġu posposti.
Għaldaqstant ir-rispons immedjat ta’ kulmin hu f’saħħtu, partikolarment mill-qraba u l-ħbieb ta’ dawk konċernati hu ferm mistenni!

Intant Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa, bħal dejjem, ser ikun miftuh 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.

Għada l-Ħadd l-1 ta’ Diċembru bejn it-8:30am u s-1:00pm il-Mobile Blood Donation Unit ser ikun quddiem il-knisja parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Il-karta tal-identità hi meħtieġa waqt li iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt
Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313

Ikkummenta