Lokali

“Bżonn ta’ deċiżjonijiet straordinarji” – José Herrera

Tkompli tiżdied il-pressjoni fuq il-mexxej Laburista Joseph Muscat hekk kif iktar Deputati qed joħorġu fil-pubbliku bit-tħassib tagħhom għall-istabbilità f’pajjiżna.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali issa kien il-Ministru għall-Ambjent José Herrera li kkummenta, fejn iddikjara li
“din hija sitwazzjoni straordinarja li magħha ġġib il-bżonn ta’ deċiżjonijiet straordinarji, li jaf jidhru qawwija u konfliġġenti.”

Hu qal li “jekk hemm bżonn azzjoni f’dan il-ħin u żmien tant delikat għall-pajjiżna, trid tittieħed fil-kuntest ta’ dan il-mument propizju.”

U wara li iktar kmieni llum ħarġu rapport li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel pressjoni fuq l-Illum biex joħroġ survey dwar il-popolarita tiegħu, José Herrera għamilha ċara li spiċċa żmien ta’ numri u s-surveys.

“Bħalissa hemm bżonn li l-Gvern flimkien ma’ sħabi fil-kabinett nieħdu deċiżjonijiet li hemm bżonn sabiex tabilħaqq inġibu l-interess ta’ pajjiżna qabel kull interess ieħor,” appella Herrera.