Lokali

Ċempillu l-Kummissarju u l-Ministru tah l-awtorita’ jinvestiga l-assassinju

Għaxar minuti wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-Ministru responsabbli mill-Pulizija Michael Farrugia ta l-awtorita’ tiegħu biex tibda l-investigazzjoni.

Din id-dikjarazzjoni żelqet minn fomm il-Ministru stess meta dalgħodu kien intervistat fuq Radju Malta.

Michael Farrugia qal li dakinhar tal-assassinju, il-Kummissarju tal-Pulizija kien ċempillu wara li sar jaf b’dak li seħħ. “U jien mal-ewwel għidtlu biex imexxi”, qal Farrugia.