8:26pm – Fenech jittieħed direttament il-ħabs ta’ Kordin
8:24pm – Yorgen Fenech jinżamm arrestat wara li ma saritx talba għal-liberta’ proviżorja
8:20pm – “Qatt ma għaġġilna daqshekk” – l-avukat Marion Camilleri
In-negozjant Yorgen Fenech b’rasu baxxuta fl-awla
8:18pm – l-Ispettur Keith Arnaud jikkonferma li ċ-Chief of Staff Keith Schembri “iffigura fl-investigazzjoni”; dan fuq mistoqsija tal-avukat Gianluca Caruana Curran.
Arnaud ġie mistoqsi wkoll jekk hemmx kawża sabiex hu jitneħħa mill-investigazzjoni. Iżda dwar dan, ma weġibx.
8:16pm – l-avukat Marion Camilleri innutat li għad hemm kawża għaddejja li se tinstema t-Tnejn
8:15pm – l-assi ta’ Yorgen Fenech ġew iffriżati
8:14pm – Peter Caruana Galizia jiffissa dirett f’għajnejn l-imputat
8:13pm – Yorgen Fenech iwieġeb mhux ħati
8:11pm – akkużi: kompliċi ma’ terzi bil-ħsieb li joqtlu lil Daphne Caruana Galizia; assoċja ruħu bil-għan li jagħmel delitt; irrenda ruħu kompliċi biex għamel splussiv; organizza għaqda ta’ nies biex isiru atti kriminali, possibilment anke barra minn Malta
8:10pm – id-difiża mhux tikkontesta l-arrest
8:07pm – il-Maġistrat Audrey Demicoli tidħol fl-awla
8:05pm – intant, ġurnalisti barranin jinsabu affaxxinati bl-iżviluppi li seħħew f’din il-ġimgħa u ma jistgħux jifhmu kif Keith Schembri ġie rilaxxat
8:03pm – jidħol fl-awla Yorgen Fenech; jasal ukoll l-Ispettur Keith Arnaud
8:02pm – jasal ukoll l-Avukat Ġenerali; l-awla hija ippakjata bin-nies inkluż media minn madwar id-dinja kollha
8pm – jasal fid-daħla ta’ wara tal-Qorti il-vann li bih ġie trasportat Yorgen Fenech lejn il-Qorti
7:57pm – dalwaqt jitwassal fil-Qorti n-negozjant Yorgen Fenech
7:53pm – jaslu t-tfal ta’ Daphne Caruana Galizia – mument kommoventi fl-awla
7:43pm – il-każ se jinstema’ quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli
BĦALISSA: EDIZZJONI SPEĊJALI TA’ NET NEWS
7:38pm – qraba ta’ Daphne Caruana Galizia jinsabu fl-awla, fosthom il-ġenituri tal-ġurnalista assassinata
7:30pm – in-negozjant Yorgen Fenech mistenni jitressaq il-Qorti fit-8pm; hu kellu żewġ talbiet għal Maħfra Presidenzjali miċħuda, waħda minnhom wara laqgħa tal-Kabinett li damet 7 sigħat sħaħ
7:25pm – it-triq ta’ wara l-Qorti tinsab imblukkata miż-żewġ naħat; sigurta’ stretta
7:24pm – waqt li qed nistennew il-każ jibqa’ jinstema’, l-attenzjoni ta’ kulħadd mill-ġdid fuq Keith Schembri wara li llejla feġġ ritratt tiegħu flimkien mal-‘middleman’ Melvin Theuma f’Kastilja
7:18pm – diġa’ hemm preżenza kbira ta’ ġurnalisti u cameras barra l-Qorti
Il-Pulizija tressaq lin-negozjant Yorgen Fenech quddiem il-Qorti, biex jibda l-proċess ġudizzjarju fil-konfront tiegħu. Fenech hu msejjaħ il-Qorti għall-ħabta tat-8pm.
S’issa għadu mhux magħruf b’liema akkużi se jkun affaċċjat, għalkemm l-indikazzjonijiet juru li fost oħrajn se jkollu jiddefendi lilu nnifsu mill-akkuża tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-iżvilupp iseħħ wara li kien ilu jiġi nterrogat sa mill-20 ta’ Novembru meta ġie arrestat abbord yacht privat waqt li allegatament kien qed jipprova jaħrab.
Yorgen Fenech se jkun assistit mill-Avukati Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri.
//= $special ?>