Futbol Sport

Il-Portugall fl-istess grupp ma’ Franza u l-Ġermanja fil-Kampjonat Ewropew 2020

(Ritratt: EPA)

Iċ-champions Ewropew il-Portugall telgħu fl-istess grupp maċ-champions tad-dinja Franza u l-Ġermanja hekk kif f’Bucharest telgħu l-poloz tal-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew 2020. It-tim l-ieħor fi Grupp F ikun magħruf mill-play-offs li għadu jridu jintlagħbu.

L-Ingilterra tinsab fil-grupp kontra l-Kroazja, f’ripetizzjoni tas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tas-sena l-oħra. It-timijiet l-oħra fil-grupp huma r-Repubblika Ċeka u wieħed mir-rebbieħa tal-play-off.

Grupp A hu magħmul mit-Turkija, l-Italja, Wales u l-Iżvizzera. Grupp B hu magħmul mid-Danimarka, il-Finlandja, il-Belġju u r-Russja. L-Olanda, l-Ukrajna, l-Awstrija u rebbieħ tal-play-off jinsabu fi Grupp Ċ filwaqt li fi Grupp E telghu Spanja, l-Iżvezja u l-Polonja u rebbieħ ta’ play-off.

Il-Kampjonat Ewropew se jibda fit-12 ta’ Ġunju, bil-finali ssir fit-12 ta’ Lulju. Din l-edizzjoni se tintlagħab fi 12-il pajjiż Ewropew, f’dak li hu format uniku li jiċċelebra s-60 anniversarju mill-ewwel edizzjoni tal-Kampjonat Ewropew.