Sport

Jitħabbru l-finalisti tat-18-il edizzjoni tal-MOC Sports Awards

(Ritratt: Andrew Large)

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-finalisti tat-18-il edizzjoni tal-MOC Sports Awards li se ssir is-Sibt 7 ta’ Diċembru f’lukanda ewlenija f’Ħ’Attard. L-atleti magħżula huma dawk li kisbu suċċess fix-xena internazzjonali fil-kategoriji rispettivi, bejn Ottubru 2018 u Ottubru 2019. Il-Kategoriji tal-Premijiet jibdew mill-Premju Speċjali, segwit mill-Kategoriji Bronż, Fidda, Deheb u Platinum.

Il-mistieden speċjali se jkun l-eks ġinnasta Ungeriż Szilveszter Csollany. Fost l-unuri li rebaħ, l-Ungeriż rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Sydney fis-sena 2000. Fil-preżent hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa kowċis tal-ġinnastika fid-dinja. B’kollox kien hemm 87 nominazzjoni mibgħuta minn 20 Federazzjoni. Ir-riżultati finali ġew determinati mill-Kummissjoni Teknika mmexxija mid-Direttur tal-Isport Ivan Balzan. Is-serata se tirrikonoxxi erba’ Kunsilli Lokali kif ukoll se jiddaħħlu membri ġodda fil-Hall of Fame.

Il-finalisti tat-18-il edizzjoni tal-MOC Sports Awards

Malta Amateur Athletic Association

Claire Azzopardi, Lisa Marie Bezzina, Ian Paul Grech, Paula Grech, Jordan Gusman, Damien Mizzi, Rachela Pace

Aquatic Sports Association of Malta

Mya Azzopardi, Dylan Cachia, Andrè Camilleri, Andrew Chetcuti, Luke Ellul Sullivan, Francesca Falzon Young, Matthew Galea, Sasha Gatt, Emily Grech Carr, Alexandra McGonigle, Haley Pawley Neame, Harry Stacey, Mikhail Umnov,  Martina Valletta, Michee Van Rooyen

Badminton Malta

Matthew Abela

Malta Billiards and Snooker Association

Duncan Bezzina, Tony Drago

Malta Federation of Body Building and Fitness

Bader Almiloudi, Roderick Theuma

Malta Cycling Federation

Marie Claire Aquilina, Etienne Bonello, Christian Formosa, Tim nazzjonali tal-irġiel (Etienne Bonello, William Hili, Jason Vella, Brandon Sultana, Clive Bugeja, Mariano Cassar)

Malta Golf Association

Nicholas Beck, Andrew Borg, Ruud Critien, JJ Micallef

Malta Gymnastics Federation

Ella Borg, Tara Vella Clark

Malta Judo Federation

Isaac Bezzina, Katrina Esposito, Jeremy Saywell

Malta Karate Federation

Kimberly Stanton

Malta Pool Association

Scott Muscat, Tim nazzjonali tal-irġiel (Miguel Falzon, Mario Cutajar, Anton Cuschieri, Christ Tabone, Dylan Cassar, Kevin Mercieca)

Malta Sailing Federation

Elusive 2 Sailing Team (Aaron Podesta, Maya Podesta, Christoph Podesta, David Anastasi, Gareth Grech, Ben Pace Lehner, Andrea Crocella, Tom Zammit Tabona, Adrian Stone, Magnus Everskog)

Malta Shooting Sports Federation

Eleanor Bezzina, Gianluca Chetcuti, William Chetcuti

Malta Squash Association

Kijan Sultana, Lijana Sultana

Malta Table Football Sports Association

Jurgen Balzan, Derek Conti

Malta Taekwando Federation

Amani Faraoun

Malta Tennis Federation

Francesca Curmi, Elaine Genovese, Helene Pellicano

Malta Tenpin Bowling Association

Sue Abela, Mauro Anastasi, Cynthia Frendo Duca, Kayden Lagana, Mark Spiteri, Sara Xuereb, Dwayne Zahra

Malta Triathlon Federation

Hannah Cutajar

Malta Weightlifting Association

Vlad Baldacchino, Matthew Camilleri, Shaun Ciantar, Roberta Tabone, Tenishia Thornton, Yazmin Zammit Stevens