Lokali

“L-affarijiet ma’ jistgħux itawwlu aktar milli hemm bżonn” – Miriam Dalli

Il-Membru Parlamentari Ewropea Miriam Dalli tat indikazzjoni li hemm bżonn bidla fil-Partit Laburista. Dan hekk kif, fuq il-midja soċjali, kitbet li tinsab irrabjata u ttraduta.

Stqarret li tkellmet ma’ diversi persuni, fosthom Laburisti u nies li jħossuhom diżorjentati b’dak li għaddej f’pajjiżna.

Għalkemm m’għamlitx riferenza diretta għal dan, il-kummenti tagħha jaslu sigħat wara l-aħbarijiet li Joseph Muscat tilef il-fiduċja tal-Kabinett u li mistenni jirriżenja fost pressjoni interna qawwija.

Fil-messaġġ tagħha, hi ddeskriviet dan il-perjodu bħala “żmien diffiċli” waqt li appellat biex niffukaw fuq il-valuri li sawruna u mexxewna. Dan meta kienet qed tirreferi għall-Partit Laburista.