Lokali

L-MŻPN jingħaqdu mad-dimostrazzjoni tal-Ħadd

Il-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jingħaqad mas-soċjeta’ ċivili għall-protesta li se ssir il-Ħadd fil-Belt Valletta – protesta b’messaġġ ċar kontra t-tmexxija tal-Gvern preżenti u kontra Prim Ministru li issa tilef kull leġittimita’ li jigverna.

Minkejja d-differenzi kollha li jista’ jkun hemm fost nies ta’ opinjonijiet politiċi u ħsibijiet differenti, l-MŻPN jemmen li dan għandu jkun mument ta’ għaqda.

L-MŻPN se jkun preżenti l-Belt il-Ħadd sabiex juri wkoll li teżisti alternattiva għal din it-tmexxija f’Kastilja, li hija ikkaraterizzata minn ħmieġ u korruzzjoni – Gvern illi tappan ir-reputazzjoni ta’ Malta mad-dinja kollha.