Lokali

Miċħud rikors ta’ Yorgen Fenech – se jibqa’ arrestat

Il-Qorti ċaħdet rikors li ressaq Yorgen Fenech, fejn jilmenta għall-mod kif qed jiġi trattat mill-Pulizija meta jingħata l-‘police bail’.

Ftit qabel nofsinhar, Fenech reġa’ tressaq quddiem il-Qorti, din id-darba taħt arrest, biex jinstema’ r-rikors tiegħu. Dan wara li dalgħodu ssejjaħ mill-ġdid fid-Depot għal iktar interrogazzjonijiet u b’hekk beda perjodu ieħor ta’ 48 siegħa taħt arrest.

Quddiem il-Qorti, Fenech qal li dak li qed isir lilu minn naħa tal-Pulizija, huwa ksur tad-drittijiet tiegħu. Dan hekk kif ripetutament qed jingħata l-‘police bail’ u jerġa’ jiġi arrestat ftit wara.

Dalgħodu, fost dawk li xehdu kien hemm l-Isptettur Keith Arnaud li qal li b’kollox kien hemm sitt sigħat u nofs li fihom il-Pulizija tkellmu ma’ Fenech.

Il-Qorti ċaħdet li nkisrulu d-drittijiet tiegħu, bil-konsegwenza li issa se jibqa’ arrestat sakemm jiskadi l-perjodu attwali ta’ 48 siegħa, skont il-liġi.

F’kawża separata, Fenech qed jitlob li Keith Arnaud ma jibqax imexxi l-investigazzjonijiet hu.