Lokali

Raġel maqtul b’daqqiet ta’ sikkina fil-Marsa

Għall-ħabta tal-ħdax u nofs tal-bieraħ filgħaxija, fil-Marsa, issejħet l-assistenza tal-Pulizija. Instab li raġel barrani inqatel b’daqqiet ta’ sikkina bil-ponta f’sidru.

Il-każ seħħ fi Triq Diċmebru 13 biswit il-monument tar-Repubblika.

Mhux eskluż li l-vittma huwa immigrant residenti fiċ-Ċentru Miftuħ.

Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr. Victor Axiaq. li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.

Minn awtopsja li saret il-Pulizija qed tqis dan il-każ bħala omiċidju.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.