Lokali

Rifjutata l-protezzjoni Parlamentari għal Cardona – jibża’ minn frame up minn sħabu

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, ċaħad it-talba tal-eks Ministru Chris Cardona, li talab għall-protezzjoni tal-Parlament.

Dan wara rapporti maħruġa minn The Times of Malta li jindikaw li Keith Schembri, eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, ipprova jikkonvinċi lil Yorgen Fenech biex iwaħħal fih għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

F’ittra lill-Ispeaker, Chris Cardona, li ssospenda lilu nnifsu wara li ssejjaħ fid-depot għall-interrogazzjonijiet, jinnota li r-rapport ta’ The Times ma kien hemm l-ebda ċaħda li ministri sħabu tkellmu mal-investigaturi dwar attentat possibbli ta’ frame up.

Sorsi ta’ The Times of Malta nnutaw li waqt laqgħa twila tal-kabinett, li ħadem madwar sitt sigħat u nofs, l-investigaturi tkellmu dwar ittra miktuba bl-idejn li għaddiet lil Yorgen Fenech waqt l-interrogazzjoni tiegħu.

Iżda l-Ispeaker fir-risposta tiegħu ddikjara: “Filwaqt li nifhem il-preokkupazzjoni tiegħek għaliex din hija ħaġa li jiena stess għaddejt u għadni ngħaddi minna, ma nistax nara kif nista’ nagħtik xi forma ta’ rimedju.”