Rapport: Luke Micallef
ST. ANDREWS…………… 0
VALLETTA……………….. 4
St. Andrews: N. Grima, I. Azzopardi, M. D’Alessandro (M. Muscat 85’), R. Martin, N. Bradshaw (J. Sixsmith 68’), K. Reid, J. Farrugia (M. Veselji 68’), D. Curmi, O. Borg, D. Jackson, W. Camilleri
Valletta: Y. Cini, S. Borg (E. Sala 55’), R. Camilleri, S. Dimech, K. Nwoko, J. Borg, J. Zerafa, R. Packer, N. Pulis, M. Fontanella (R. Tonna 70’), K. Tulimieri (J. Micallef 80’)
Imwissi: R. Martin 25’ (S)
Skorjaw: J. Borg 18’, R. Packer 26’, S. Borg 30’, 35’ (V)
Referee: Andrea Sciriha
Assistenti Referees: Duncan Sultana, Darko Stankovic
Attendenza: 432
Il-Beltin faċilment għelbu lil St. Andrews f’partita ddominata minnhom bl-iskor ta’ 4-0. Qabel din il-logħba Valletta kienu ġejjin minn erba’ rebħiet mill-aħħar ħames partiti tal-Kampjonat Premier u jinsabu fit-tielet pożizzjoni, filwaqt li St. Andrews jinsabu fit-tielet pożizzjoni tal-Ewwel Diviżjoni. Fit-tieni rawnd St. Andrews għelbu lil Marsaxlokk 3-1.
It-tim Belti mill-ewwel wera l-intenzjonijiet tiegħu li jirbaħ il-partita u javvanza għar-raba’ rawnd. Fit-13-il minuta, xutt ta’ Mario Fontanella ġie salvat faċilment minn Nicholas Grima. Żewġ minuti wara, minn quddiem il-lasta, Kyrian Nwoko xxuttja barra. Fit-18-il minuta l-Beltin fetħu l-iskor. Minn korner ta’ Douglas Packer, daħal bir-ras JEAN BORG u tefa’ wara Grima sabiex fetaħ l-iskor. Erba’ minuti wara, Fontanella ra x-xutt tiegħu bid-dawra jispiċċa ftit barra mil-lasti ta’ Grima.
Fis-26 minuta, DOUGLAS PACKER irdoppja għal Valletta b’xutt fil-baxx. Man-nofs siegħa logħob, Valletta għamluhom tlieta. Minn korner ta’ Packer, daħal STEVE BORG u b’daqqa ta’ ras preċiża tefa’ fix-xibka avversarja. Reġa’ kien l-istess STEVE BORG li ħames minuta wara skorja t-tieni gowl personali u r-raba’ għal Valletta, b’xutt b’saħħtu fil-baxx.
It-tieni taqsima naqset xi ftit mir-ritmu u Valletta dehru li riedu jikkontrollaw għal bqija tal-partita. Fil-56 minuta St. Andrew’s setgħu kienu perikolużi, iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Miguel D’Alessandro spiċċat ferm għoli. Fil-75 minuta, xutt ta’ Degran Jackson sab lil Yenz Cini attent u dawwar f’korner. Fis-87 minuta, Ryan Tonna avvanza bil-ballun u baqa’ dieħel fil-kaxxa avversarja iżda x-xutt tiegħu fil-baxx spiċċa għadda ‘l barra mil-lasta l-wieqfa.
L-isforz ta’ Lija mhux biżżejjed
GUDJA UNITED ………………………. 3
LIJA ATHLETIC ………………………. 0
Gudja: T. Aquilina, J. Farrugia, G. Mensah (T. Al Mahrooqi 83’), A. Friggieri, J. Brincat (P.P. Sammut 68’), A. De Barros (D. Grima 78’), M. Jimenez, L. Cremona, J. Bolanos, J. Grioli, A. Miranda
Lija: D. Galea (L. Bonnici 55’), C. Cassar, L. Muscat (P. Soares Gusso 68’), D. Scerri, E. Beu, H. Wood, G. Borg (A. Azzopardi 68’), K. Seakanyeng, C. Giordimaina, C. Gauci, J. Wells
Referee: Slobodan Petrovic
Lija taw kull ma setgħu kontra Gudja iżda dan ma kienx biżżejjed għaliex Gudja kienu superjuri u meritatament kisbu l-kwalifikazzjoni għar-raba’ rawnd.
Gudja marru minn fuq wara biss ħames minuti b’azzjoni mill-isbaħ fuq ix-xellug tintemm bi kross ta’ Jurgen Farrugia u daqqa ta’ ras ta’ AIDAN FRIGGIERI tispiċċa fix-xibka. Gudja dehru li se jiddominaw il-logħba iżda wara bidu diffiċli Lija bdew joħorġu iktar mill-qoxra u bdew ikunu wkoll perikolużi.
Erjon Beu għadda tajjeb fuq ix-xellug u qassam lejn Gabriel Borg li bir-ras xeħet ftit barra bil-gowlkiper ta’ Gudja megħlub. Man nofs-siegħa, azzjoni simili fejn Beu qassam lejn Borg li wasal ftit tard u ma setax ikompli għal ġewwa. Ftit minuti qabel l-intervall Gudja viċin it-tieni gowl b’azzjoni tajba ta’ De Barros li qassam lejn James Brincat li x-xutt tiegħu kien imdawwar għal korner minn Galea, bil-ballun jaħbat ukoll mal-mimduda.
Fil-bidu tat-tieni taqsima azzjoni tajba ta’ Beu li impenja lil Aquilina. Fit-52 minuta Gudja rduppjaw b’azzjoni mill-isbaħ bejn Cremona u JIMENEZ, b’dan ta’ l-aħħar ma jiżbaljax quddiem Galea. Il-logħba issa kienet prattikament deċiża u fit-72 minuta kien DE BARROS li skorja mill-viċin wara kross ta’ Grioli.
//= $special ?>