Internazzjonali

L-Iraq: Approvata r-riżenja tal-Prim Ministru Mahdi

L-Iraq: Approvata r-riżenja tal-Prim Ministru Mahdi

Il-Parlament tal-Iraq approva r-riżenja tal-Prim Ministru, Adel Abdul Mahdi, wara ġimgħat konsekuttivi ta’ inkwiet.

Mhux ċar min se jieħu t-tmun tal-pajjiż minflok Mahdi, meta l-Ispeaker tal-Parlament f’Bagdad qal li l-President Iraqi, Barham Salih, għandu jkun mitlub biex jaħtar Prim Ministru ġdid.

Sadanittant, il-Papa Franġisku sar l-aħħar personalità kbira li kkundannat l-użu tal-forza letali mill-qawwiet tas-sigurtà tal-Iraq huma u jippruvaw jikkontrollaw il-protesti tal-massa kontinwi kontra l-korruzzjoni fil-Gvern u għal titjib fis-servizzi pubbliċi tal-pajjiż. Id-dimostrazzjonijiet qegħdin isiru wkoll biex it-Tmexxija tal-Iraq tkattar ix-xogħol għall-poplu.

Madwar 400 persuna nqatlu mindu bdew il-protesti f’Bagdad u bliet Iraqqin oħrajn, fil-bidu ta’ Ottubru.

Ikkummenta