Lokali Qorti

Akkużati li kellhom fil-pussess tagħhom dokumenti foloz

Żewġ Sudaniżi residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far inżammu arrestati wara li dalgħodu ġew akkużati li kellhom fil-pussess tagħhom dokumenti foloz. Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrih.

Dan hekk kif iż-żewġ żgħażagħ kellhom fil-pussess tagħhom passaport Taljan falz u permess ta’ residenza Taljan falz ukoll. Fid-difiża tagħhom iż-żewġ irġiel qalu li ma kinux jafu li d-dokumenti huma foloz.

Jirriżulta li s-Sudaniżi ltaqgħu l-ajruport ma’ persuna li tagħthom id-dokumenti foloz sabiex ikunu jistgħu jitilqu minn Malta.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Darren Buhagiar.

Tags