Futbol Sport

Falcone jsalva wiċċ il-Karkariżi kontra Nadur … Sirens u Xewkija Tigers jikkwalifikaw f’Għawdex

Rapport: Stewart Said

BIRKIRKARA…………………… 1

NADUR YOUNGSTERS……… 0

Birkirkara: A. Hogg, R. Briffa, O. Carniello, E. Pepe, K. Zammit, C. Prado (Y. Yankam 92’), M. Guillaumier, M. Vella, I. Ntow, E. Luis dos Santos (M. Mifsud 66’), F. Falcone

Nadur: S. Sultana, L. Xuereb, L. Tabone, E. Serrano Valero, G. Hili, P. Dordevic, S. Attard, E. Marcelina, S. Cassar, H. Santa Rosa, M. Barbosa

Imwissija: E. Luis dos Santos 45+2’, I. Ntow 87’ (B), E. Serrano Valero 45+2’, E. Marcelina 81’ (N)

Skorja: F. Falcone 89’ (B)

Referee: Alan Mario Sant

Assistenti Referees: Roberto Vella, Ivan Galea

Attendenza: 953

Gowl lejn it-tmiem evita li Birkirkara jkollhom jilagħbu l-ħin barrani biex jeliminaw lit-tim Għawdxi Nadur Youngsters. Birkirkara reġgħu ddiżappuntaw bi prestazzjoni fqira, b’Nadur jiddefendu b’għaqal għal ħafna ħinijiet twal u żgur iħossuhom sfortunati li tilfu hekk.

L-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-azzjonijiet. Birkirkara kellhom aktar pussess iżda naqsu li jinfdu lid-difiża ta’ Nadur tant li llimitaw lill-Istripes għal żewġ azzjonijiet perikolużi biss. Fil-35 minuta kien kross mil-lemin ta’ Matthew Guillaumier lejn Federico Falcone li għola tajjeb iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet fuq il-mimduda. Qabel tmiem l-ewwel taqsima, xutt minn pożizzjoni angolata ta’ Roderick Briffa ġie blokkat mill-gowlkiper Steve Sultana.

L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess, bit-tim ta’ Andrè Paus jibqa’ ma jkunx perikoluż biżżejjed. Kien fit-62 minuta li Sultana kien fl-azzjoni meta salva xutt minn pożizzjoni ċentrali ta’ Caio Prado.

Nadur bdew joħolqu ftit periklu lid-difiża ta’ Birkirkara iżda ftit involvew lil Andrew Hogg. Żewġ okkażjonijiet għal Birkirkara fit-72 minuta. L-ewwel kien is-sostitut Michael Mifsud li ġiegħel lil Sultana jdawwar f’korner xutt b’saħħtu, biex mill-istess korner, ix-xutt fil-baxx ta’ Maurizio Vella ħabat mal-wieqfa.

Ċans għal Nadur fit-83 minuta b’azzjoni ta’ Marcelo Barbosa, bix-xutt finali jgħaddi fuq il-mimduda. Birkirkara skorjaw il-gowl tar-rebħa fid-89 minuta bi kross mix-xellug ta’ Isaac Ntow isib lil FEDERICO FALCONE li daħal tajjeb u għeleb lil Sultana mill-viċin.

Sirens u Xewkija Tigers jikkwalifikaw f’Għawdex

KERĊEM AJAX…………….. 1

SIRENS………………………. 4

Kerċem: V. Dizdarevic, S. Martinez, G. Muscat, J. Buttigieg (D. Cassar 77’), A. Debrincat, T. Vella (D. Krstic 53’), A. Oularbi, N. Mercieca, J.P. Mizzi (A. Zammit 83’), B. Polo Longarella, M. Perisic

Sirens: M. Montfort, R. Romao, A. Borg, R. dos Anjos (D. Sant 77’), T. Espindola (R. Fenech 63’), R. Grech, I. Adeshina, A. Bustos, W. de Oliveira, R. Memezes (L. Friggieri 78’), E. Okoye

Imwissija: J. Buttigieg 59’ (K), R. dos Anjos 66’, R. Memezes 77’ (S)

Skorjaw: A. Bustos 38’, 53’, I. Adeshina 71’, R. Memezes 77’ (S), D. Krstic 80’ (K)

Referee: Darryl Agius

Assistenti Referees: Chris Francalanza, James Muscat

XEWKIJA TIGERS…………… 5

MĠARR UNITED…………….. 2

Xewkija: L. Camilleri, J. Nogueira Junior, M. Hrubsa, D. Mercieca, J. Bonnici Cefai (M. Tabone 46’), E. Uzeh, J. Lima, R. Buttigieg, C. Frances (M. Camilleri 72’), C. Antunes, J. Camilleri (M. Stojanovic 69’)

Mġarr: T. Gauci, J. Davies, K. Aquilina, M. Agius, C. Saliba (M. Abela 83’), J.P. Grima, J. Vella (G. Saliba 69’), A. Sammut, J.L. Micallef (L. Zammit 77’), G. Spiteri, L. Micallef

Skorjaw: J. Nogueira Junior 8’, J. Lima 52’, M. Stojanovic 79’, 91’, C. Antunes 87’ (X), K. Aquilina 42’, L. Micallef 83’ (M)

Referee: Aleksandar Jovanovic

Assistenti Referees: Robert Curtis, Patrick Falzon