Lokali

Ħadd ma weġġa’ f’inċident b’karozza misruqa

Għall-ħabta tad-09.45 tal-Ħadd ,fi Triq Abate Rigord, f’Ta Xbiex, persuna li l-identita tagħha għadha mhux magħrufa, tilfet il-kontroll ta’ vettura li jidher li x’aktarx kienet misruqa u ħabtet ġot-‘Traffic Lights’ bil-konsegwenza li dawn inqalgħu minn posthom filwaqt li l-karozza nqelbet

Is-sewwieq tal-karozza ħarab minn fuq il-post filwaqt li ħalla l-karozza fuq il-post tal-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.