Lokali

AĠĠORNATA: “Mhux żmien għas-surveys” – il-Ministru Herrera

Analisti jgħidu illi l-istħrarriġ kien biss intenzjonat biex jagħti palata lil Muscat

It-Torċa llum huwa l-uniku ġurnal li jinjora l-iżviluppi kollha marbuta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia biex jippublika survey politiku.

Net News hu infurmat li s-survey kien ordnat matul il-ġimgħa li għaddiet minn nies qrib Joseph Muscat f’attentat iddisprat biex jagħti palata lil Joseph Muscat biex ma jirriżenjax mill-ewwel, ma jħallix lill-Viċi Prim Ministru Chris Fearne jeħodlu postu bħal Interim u biex jagħti nifs lill-kandidata tiegħu Miriam Dalli torganizza lilha nfisha għat-tellieqa tal-leadership.

Il-grupp parlamentari u l-kabinett illum waqt laqgħa urġenti fil-Girgenti mistenni jippressa biex Fearne jieħu l-kontroll hu immedjatament bħala Prim Ministru Interim.

Skont analisti politiċi li tkellmu magħna, l-istħrarriġ ppublikat fit-Torca llum intenzjonat li jagħti palata lill-Gvern Laburista ta’ Muscat juri li d-distakk bejn il-partiti reġa’ naqas b’ 6% oħra. U għall-ewwel darba d-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista laħaq il-livelli tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Esperti tas-surveys ikkumentaw ma’ dan l-istazzjon li s-sitwazzjoni tant hi fluida bi żviluppi kontinwi li jista’ jkun li din ma kinetx l-aħjar ġimgħa li jsir survey. Min-naħa tiegħu l-Ministru Jose Herrera iddikjara li ‘issa spiċċa ż-żmien tan-numru u s-surveys’. Hu qal li ‘din hi sitwazzjoni straordinarja li magħha ġġib il-bżonn ta’ deċiżjonijiet straordinarji’. Il-Il-kummenti ta Herrera ttieħdu minnn bosta bħala botta ċara dwar il-ħtieġa li Muscat iwarrab immedjatament.