Minn informazzjoni li għandu Net News jidher li għadu kif irritorna lura Malta t-Tabib Adrian Vella, it-tabib komuni ta’ Yorgen Fenech u Keith Schembri.
Dan jikkoferma li l-Pulizija ma kinitix qed iżżomm lit-Tabib Vella taħt arrest.
Allegatmanet Keith Schembri kien bagħat ittra lil Yorgen Fenech waqt li kien rikoverat l-Isptar nhar is-Sibt 23 ta’ Novembru. Dan meta Yorgen kellu sigurtà massima mill-Pulizija barra l-kamra tiegħu fl-Isptar.
