Lokali

JOSEPH MUSCAT SE JIRRIŻENJA wara li daħħal lill-pajjiż fi kriżi politika

Se jibda l-proċess biex jintgħażel Mexxej ġdid tal-PL fit-12 ta' Jannar

Joseph Muscat ħabbar li se jirriżenja minn Prim Ministru. Dan għamlu permezz ta’ stqarrija lin-nazzjon li xxandret fuq il-PBS. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara l-iżviluppi xokkanti li kellna fl-aħħar ġimgħat, bil-pajjiż jidħol fi kriżi politika bla preċedent.

Muscat stqarr li qed jagħmel hekk biex jerfa’ r-responsabbilta’ ta’ kulħadd, anke fejn mhux involut hu. Joseph Muscat insista li irriżenja “għaliex hekk kien hemm bżonn”.

Issa, se jibda l-proċess biex jintgħażel Mexxej ġdid tal-Partit Laburista fit-12 ta’ Jannar li ġej. U wara, il-persuna li jidħol jew tidħol minfloku jinħatar Prim Ministru.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Prim Ministru għamel referenza għall-assassinju tal-ġurnalista Caruana Galizia, u rrefera għall-persuna li skont hu huwa l-mandant ta’ dan il-qtil. Hu irrefera għalih diversi drabi, u semma’ kif hu u l-Kabinett kienu kontra l-Maħfra Presidenzjali.

Muscat qal li ħadd mhu ‘il fuq mill-ġustizzja.

Joseph Muscat stqarr id-dispjaċir tiegħu li Caruana Galizia kellha tinqatel b’dan il-mod. U jħares ‘il quddiem li dan il-kapitlu jingħalaq.

Muscat ma kienx kapaċi jtemm iż-żewġ mandati li rebaħ