Lokali

Konferma li kienet laqgħa “mimlija tensjoni”

Il-Kap tal-PN jgħid illi issa hu l-mument li naraw azzjoni ċara mid-deputati Laburisti u mhux paroli. "Malta ma jixirqilha xejn inqas minn hekk", stqarr Adrian Delia fuq Twitter

13:45pm – stqarrija tal-Partit Laburista tikkonferma li Muscat qed ikompli jilgħab għall-ħin; mhux eskluż żviluppi ġodda fis-sigħat li ġejjin

13:31pm – lanqas damet ġimgħa s-suppost awto-sospensjoni ta’ Chris Cardona; jerġa’ jieħu l-kariga tiegħu ta’ Ministru wara li lbieraħ qal li sar attentat ta’ frame-up kontrih.

Chris Cardona kien l-uniku Ministru tal-Gvern illi fl-aħħar jiem spiċċa investigat mill-Pulizija.

Ir-riżenja ta’ Konrad Mizzi jidher li għadha effettiva.

Ian Borg mal-fazzjoni ta’ Muscat

13:29pm – Joseph Muscat jasal lura d-dar tiegħu f’Burmarrad

13:26pm – sorsi jikkonfermaw ma’ Net News li dik ta’ dalgħodu kienet laqgħa “mimlija tensjoni” b’fazzjonijiet varji jibqgħu jiġbdu lejhom

13:09pm – jikbru l-ispekulazzjonijiet li Joseph Muscat se jirriżenja f’Jannar

13:05pm – Joseph Muscat jitlaq lill-Girgenti mingħajr ma jkellem lill-media

12:57pm – il-Ministri u d-deputati jidhru ħerġin mir-residenza ta’ Muscat fil-Girgenti

12:53pm – wara 4 sigħat, tispiċċa l-laqgħa fil-Girgenti

12:40pm – il-laqgħa issa ilha għaddejja kważi 4 sigħat

12:16pm – il-laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari Laburista issa ilha għaddejja aktar minn 3 sigħat

12:04pm – kulħadd għadu jistenna t-tmiem ta’ din il-laqgħa taħraq fil-Girgent; ħafna huma mħassba għall-fatt li din il-laqgħa damet ferm aktar minn dak mistenni

11:50am – Il-Kap tal-PN jgħid illi issa hu l-mument li naraw azzjoni ċara mid-deputati Laburisti u mhux paroli. “Malta ma jixirqilha xejn inqas minn hekk”, stqarr Adrian Delia fuq Twitter

11:47am – jaslu l-Girgenti anke l-ġurnalisti barranin tal-BBC u tar-Rai

11:45pm – il-front ta’ favur il-Prim Ministru immexxi mill-Ministru Ian Borg; l-aktar Ministru favorit ta’ Joseph Muscat

11:38am – ġurnalisti qed jirċievu informazzjoni li Muscat diġa’ ħejja manuvra ċara kif se jimmanipola s-sigħat li ġejjin

11:33am – il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari qed iddum ferm aktar minn kemm kien mistenni

11:11am – sa issa għad m’hemm l-ebda movimenti fuq barra tal-Palazz tal-Girgenti

11:05am – Miriam Dalli wkoll dehret dieħla għal din il-laqgħa urġenti li sejjaħ Muscat fil-Girgenti; aħna ilna fil-post qabel bdew jaslu l-ewwel Ministri

11:04am – Konrad Mizzi u Chris Cardona huma preżenti fuq ġewwa għal din il-laqgħa

11:01am – waqt li qed nistennew…ħafna qed jistaqsu, fejn jinsab Keith Schembri?

10:57am – il-ġurnalisti kollha għadhom miġbura fuq barra tal-Palazz tal-Girgenti

10:44am – partitarji laburisti jesprimu l-frustrazzjoni tagħhom fuq il-media soċjali; imħassba ferm għall-fatt li din il-laqgħa tal-Girgenti donnha se terġa’ tieħu fit-tul; il-Partit Laburista kien ħassar il-meeting li pjana li jsir illum fil-Fgura

10:41am leaks minn ġewwa l-laqgħa urġenti li għaddejja bħalissa fil-Girgenti jindikaw li l-atmosfera mhi assulutament xejn serena; evidenti r-rabja ta’ ċertu Ministri li diġa’ kienu taw ċamata lil Muscat fil-laqgħa li saret f’Kastilja l-Ħamis bil-lejl

10:32am – il-gazzetti mimlijin b’kummentarji u editorjali jikkundannaw lil Joseph Muscat li baqa’ granfat mas-siġġu tal-poter; kull ġurnata li għaddiet fissret biss ħsara għall-pajjiż kollu

10:25am – Sadatant, fil-Belt Valletta għaddejin il-preparamenti għall-protesta nazzjonali li se ssir aktar tard illum

10:22am – sa issa, l-ebda moviment mill-Palazz tal-Girgenti; il-laqgħa ilha għaddejja siegħa u nofs

10:09am – rapporti konsistenti li dalwaqt se jkun qed jixxandar messaġġ mill-Prim Ministru

10:08am – il-laqgħa urġenti tal-Kabinett qed issir l-għada li tressaq il-Qorti Yorgen Fenech.

10:02am – it-Times ħarġu alert jgħidu li ntlaħaq kompromes biex Fearne jieħu f’idejh il-partit…ftit wara l-aħbar tneħħiet.

10am – il-laqgħa fil-Girgenti għadha għaddejja.

Kmieni dalgħodu beda jitlaqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista fil-Girgenti, ir-residenza uffiċċjali tal-Prim Ministru. Ftit tal-ħin ilu bdew deħlin kemm Ministri kif ukoll Membri Parlamentari tal-Gvern.

Intlemħu fost oħrajn il-Ministru Joe Mizzi, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima u l-Whip tal-Grupp Parlamentari Byron Camilleri (ritratt).

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Byron Camilleri jasal il-Girgenti

Iktar kmieni intlemħet Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru, li waslet il-Girgenti waħedha u ssuq il-vettura tagħha. Ftit tal-mumenti ilu wasal ukoll il-Ministru ‘awto-sospiż’ Chris Cardona

Jidher li l-Grupp Parlamentari Laburista se jiltaqa’ biex jiddiskuti il-ħruġ ta’ Joseph Muscat mix-xena politika u l-mod kif din ser issir.

Fost oħrajn se jiġi deċiż jekk Muscat għandux iwarrab immedjatament u jinħatar Prim Ministru interim jew jibqax fil-kariga sa Jannar sakemm jinħatar Mexxej ġdid tal-Partit Laburista. Iktar fil-ħin.