Pajjiżna ma jistax jistenna ġurnata oħra għar-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Messu ilu li rriżenja u kull ġurnata li jibqa’ jokkupa il-kariga se tkun ġurnata oħra fejn il-ġustizzja ma ssirx u lanqas tidher li qed issir. Joseph Muscat m’għandux leġittimita.
Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wara li Joseph Muscat ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Prim Ministru permezz ta’ indirizz lin-nazzjon li xxandar fuq il-PBS liema riżenja iżda se tidħol fis-seħħ biss wara li jinħatar Mexxej Laburista ġdid.
//= $special ?>