Lokali Qtil Politiku

RITRATTI: L-aħħar darba li dehru Schembri, Mizzi u Muscat flimkien

“Yorgen Fenech allega anki korruzzjoni minn Keith Schembri fil-proġett tal-windfarms li nbnew fil-Montenegro bis-sehem tal-Enemalta" - rapporti

L-aħħar darba li t-trio politiku l-aktar diskuss f’pajjiżna bħalissa – Joseph Muscat, Keith ‘Kasco’ Schembri u Konrad Mizzi – dehru flimkien f’attività uffiċjali kien nhar it-Tnejn 18 ta’ Novembru, f’Možura, il-Montenegro, għall-inawgurazzjoni tal-windfarm, proġett tal-gvern Malti permezz tal-Enemalta.

F’din iż-żjara, il-Prim Ministru kien akkumpanjat ukoll mill-Ministri Carmelo Abela u Joe Mizzi, kif ukoll minn Karl Izzo, l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Montenegro.

Preżenti wkoll kien hemm Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru, u Diane Izzo, mart l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Montenegro – żewġ persuni li huma ħbieb sew ta’ xulxin.

Rapport fis-sit elettroniku Newsbook nhar it-Tlieta li għadda qal hekk: “Yorgen Fenech allega anki korruzzjoni minn Keith Schembri fil-proġett tal-windfarms li nbnew fil-Montenegro bis-sehem tal-Enemalta. F’dan il-proġett kien hemm investiment ta’ €90 miljun.”

Fir-ritratt, il-Prim Ministru Joseph Muscat jidher qed jintroduċi lil Konrad Mizzi lill-Prim Ministru tal-Montenegro, Duško Marković, waqt iċ-ċerimonja fil-Montenegro l-ġimgħa li għaddiet. Keith Schembri jidher l-ewwel mix-xellug jistenna biex ikun introdott lill-PM Montenegrin.

Ikkummenta