Quique Sanchez Flores tkeċċa minn manager ta’ Watford, anqas minn tliet xhur wara li reġa’ nħatar fit-tmexxija tat-tim għat-tieni darba. L-Ispanjol li ħa post Javi Gracia wara biss erba’ logħbiet, rebaħ biss darba fl-aħħar għaxar logħbiet tal-Premier League.
Is-Sibt, Watford sofrew it-tmien telfa fil-kampjonat b’telfa ta’ 2-1 kontra Southampton. B’dan ir-riżultat Watford baqgħu fil-qiegħ tal-klassifika bi tmien punti u sitt punti bogħod mis-salvazzjoni. Fost dawk li qed jissemmew li jistgħu jieħdu t-tmexxija tat-tim f’idejhom, hemm l-eks manager ta’ Brighton Chris Hughton, kif ukoll l-eks manager ta’ Swansea Paul Clement.
Sanchez Flores kien fit-tmexxija ta’ Watford għall-ewwel darba bejn Ġunju tal-2015 u Mejju tal-2016 u fost ir-riżultati miksuba, wassalhom sas-semifinali tal-FA Cup. L-Ispanjol ta’ 54 sena, sar it-tielet manager li tilef postu f’anqas minn ġimagħtejn wara Mauricio Pochettino u Unai Emery.
//= $special ?>