L-editur tal-MaltaToday Saviour Balzan qal li Keith Schembri kien kompletament konxju ta ‘dak li kien għaddej fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan filwaqt li hu uża l-influwenza tiegħu sabiex iqarraq bil-kollegi politiċi tiegħu kif ukoll bil-media.
Agħar minn hekk, Schembri uża l-pożizzjoni b’saħħitha tiegħu biex jinfluwenza l-poteri u jiddevja l-attenzjoni fuq xi ħaġa oħra… u jista’ jkun hemm biss raġuni waħda għal din il-kollużjoni: li kien jaf, jew kien fiċ-ċentru ta’ dan ir-reat faħxi.
Balzan saħaq li iżda kien qerq kbir meta Keith Schembri fformola teorija li kuntrabandisti tal-fjuwil kienu wara l-qtil ta’ Caruana Galizia u dan b’devjazzjoni għall-media kemm lokali u kif ukoll internazzjonali. Anke nies f’pożizzjoni għolja tal-Gvern u fil-Korp tal-Pulziija kienu mogħtija din l-informazzjoni.
Saviour Balzan qal li qatt ma kien jaf li s-Servizzi tas-Sigurtà Maltin kellhom kuntatt mal-Prim Ministru u ma’ Keith Schembri f’aktar minn okkażjoni waħda fejn kienu ġew mgħarfa li Yorgen Fenech kien is-suspettat ewlieni prim suspett, meta fl-istess ħin, Schembri mhux biss kien viċin ħafna ta’ Yorgen Fenech iżda anke kien jaf lill-middleman Melvin Theuma.

Wara r-rivelazzjoni li Yorgen Fenech kien is-sid tas-17 Black, il-Prim Ministru mhux biss kellu jitlob liċ-Chief of Staff tiegħu biex jirriżenja, iżda wkoll li jiġi investigat. Ħaġa li ma saritx u għalhekk komplew jitqajmu iktar mistoqsijiet.
Saviour Balzan ikompli jgħid li l-idea li Joseph Muscat jirriżenja issa u jibqa’ fil-poter sat-18 ta’ Jannar huwa żball kbir. Huwa kruċjali li l-Prim Ministru l-ġdid ikun bniedem viżjonarju, nadif u ċar fuq il-miri tiegħu u lesti li jżomm il-pass ekonomiku – iżda mhux akkost ta’ kollox.
Tinħass ukoll il-ħtieġa biex jerġgħu jkunu riorganizzati l-Korp tal-Pulizija u s-Servizzi tas-Sigurtà, kif ukoll li tissaħħaħ ir-responsabbiltà politika u etika. Finlament Balzan jgħid li l-Prim Ministru l-ġdid għandu jkollu l-appoġġ emokratiku tal-delegati kollha tal-Partit Laburista.