Internazzjonali

Stati Uniti: Talanqas ħdax il-vittma ta’ sparatura fi New Orleans

Il-Pulizija fi New Orleans qalu li rriżultaw talanqas 11-il vittma — li lkoll spiċċaw midruba — minn sparatura fiz-zona turistika tal-Kwartier Franċiż. Tnejn mill-midruba jinsabu f’kundizzjoni kritika, bl-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin fl-inħawi speċifiċi.

L-inċident seħħ f’Canal Street – bejn Bourbon u Chartres streets – bil-pulizija, maż-żmien, jarrestaw suspettat fl-inħawi. Il-pulizija qalu li kienu qed jinvestigaw l-involviment potenzjali tas-suspettat fl-isparatura u ma kienx ċar jekk sarux xi arresti marbutin mal-każ.

Id-dettalji baqgħu xi ftit konfużi, bil-vittmi jittieħdu kollha l-isptar u bl-esperti forensiċi jagħmlu l-analiżi dovuta fuq ix-xena tar-reat.

Fil-ħin tal-isparatura, il-Kwartier Franċiż ( French Quarter) famuż ta’ New Orleans kien mimli bin-nies qed jiddevertu waqt it-tmiem il-ġimgħa marbuta mal-Festa ta’ Thanksgiving (Radd il-Ħajr), li hu avveniment tradizzjonali kbir fl-Istati Uniti.

Ikkummenta