Sport Sport Ieħor

Vertiginous u Theo d’Erah ma jfallux fis-semifinali tal-aqwa klassi

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rapport: Kenneth Vella

L-aktar żewġ tiġrijiet mistennija waqt it-58 laqgħa tal-istaġun li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-Marsa kienu semifinali mill-kampjonat Prix Ile De France għal żwiemel Franċiżi tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn intrebħu minn Vertiginous u Theo D’Erah bil-programm ikun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.

Miż-żewġ semifinali tal-klassi Premier, 12-il żiemel għaddew għall-finali. Kif kien mistenni, fl-ewwel waħda, Vertiginous (Charles Camilleri) mar quddiem sa mill-bidu nett tat-tiġrija u rnexxielu jżomm l-ewwel post tul id-distanza kollha biex ħa t-tieni rebħa minn daqstant ħarġiet f’Malta minn Up And Go (George Attard) u Axel Tilly (Rodney Gatt). Vakato (Chris Grech), Vichenko Chef (Clifferty Calleja) u Ultimate Love (Paul Galea) kellhom ukoll pjazzament tajjeb. Intant ir-rebbieħ irreġistra medja impressjonanti ta’ 1.13.6” fil-kilometru.

Minn naħa l-oħra, it-tieni semifinali tal-aqwa klassi kienet ikkaratterizzata minn dwell eċċitanti fl-aħħar metri bejn Theo d’Erah (Carl Caruana) u Ulysse Du Bouchet (Paul Galea). Kien tal-ewwel li rreġistra t-tieni rebħa f’Malta wkoll b’Vicomte d’Havane (Kurt Saliba), Alf De Melandre (Rodney Gatt), Amigo Turgot (Salvu Vella) u Tsunami (Gilbert Farrugia) jkunu l-aħħar żwiemel li jagħmluha għall-finali.

Fl-ewwel semifinali mill-Prix De Normandie għal żwiemel tal-klassi Gold, Paul Galea talab lil Un Beau Luxor biex iżid il-pass matul l-aħħar 300 metru biex b’hekk dan mar quddiem f’nofs id-dritta finali. Hu ħa t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta b’żewġ tulijiet minn Boss Du Marny (Kerstin Galea), Sephiro Flam (Charles Camilleri) u Tom Des Rivieres (Clifferty Calleja). Action man (Shawn Portelli) u Un Du Buisson (Noel Baldacchino) kienu l-aħħar żwiemel li għamluha għall-fażi finali.

Baron Du Chene (Charles Degiorgio), li kien l-aktar żiemel b’saħħtu sa mill-bidu nett tat-tieni semifinali mill-istess kompetizzjoni, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Vaillant Zailer (Michael Ellul) li rreġistra t-tieni rebħa tiegħu minn Vito Des Landiers (Charles Camilleri). Baron Du Chene kellu jikkuntenta bit-tielet post minn Vermouth Des Pres (Sacha Cortis), Urido d’Alban (Clint Vassallo) u Vent Du Der (Rodney Gatt).

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Cabri Du Boulay (F. Tanti) Ħin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Ikaros Stursk (R. Gatt) 3. Cheri Bibi (G. Dahl) 4. Desir La Douve (Sh. Portelli)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Balzan (D. Gatt) Ħin – 3.27.6” (1.18.6”) 2. Digital Life (C. Camilleri) 3. Cigale De Bry (M. Fenech) 4. Peanut Butter (A. Pace)

III Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Baby Black d’Erah (P. Spiteri) Ħin – 3.21.7” (1.16.4”) 2. Vaillant Marceaux (R. Gatt) 3. Baron Du Citrus (N. Cauchi) 4. Cap Des Granges (A. Farrugia)

IV Tiġrija Semi Finali Prix De Normandie. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Un Beau Luxor (P. Galea) Ħin – 3.18.8” (1.15.3”) 2. Boss Du Marny (K. Galea) 3. Sephiro Flam (C. Camilleri) 4. Tom Des Rivieres (C. Calleja) 5. Action Man (Sh. Portelli) 6. Un Du Buisson (N. Baldacchino)

V Tiġrija Semi Finali Prix De Normandie. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Vaillant Zailer (M. Ellul) Ħin – 3.18” (1.15”) 2. Vito Des Landiers (C. Camilleri) 3. Baron Du Chene (C. Degiorgio) 4. Vermouth Des Pres (S. Cortis) 5. Urido d’Alban (C. Vassallo) 6. Vent Du Der (R. Gatt)

VI Tiġrija Semi Finali Prix De La Cote d’Azur. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bolide Atout (C. Calleja) Ħin – 3.24.1” (1.17.3”) 2. Blason Du Vif (R. Gatt) – Aimant (N. Baldacchino) 4. Arche De Malberaux (J. Said) 5. Valawi (R. Magro) 6. Delicious Charm (M. Seguna)

VII Tiġrija Semi Finali Prix Ile De France. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vertiginous (C. Camilleri) Ħin – 3.14.3” (1.13.6”) 2. Up And Go (N. Baldacchino) 3. Axel Tilly (R. Gatt) 4. Vakato (Ch. Grech) 5. Vichenko Chef (C. Calleja) 6. Ultimate Love (P. Galea)

VIII Tiġrija Semi Finali Prix De La Cote d’Azur. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Azur (C. Vassallo) Ħin – 3.22.9” (1.16.9”) 2. Uveo Du Maza (N. Baldacchino) 3. Bahia De Bougy (P. Galea) 4. Apache Reyor (D. Baldacchino) 5. Vieux Lille (E. Bezzina) 6. Basmati Volsin (C. Calleja)

IX Tiġrija Semi Finali Prix Ile De France. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Theo d’Erah (C. Caruana) Ħin – 3.18” (1.15”) 2. Ulysse Du Bouchet (P. Galea) 3. Vicomte d’Havane (K. Saliba) 4. Alf De Melandre (R. Gatt) 5. Amigo Turgot (S. Vella) 6. Tsunami (G. Farrugia)

X Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Foxy Brown (R. Gatt) Ħin – 3.20.9” (1.15.9”) 2. Ivan Pavlov AT (G. Muscat) 3. Ami Toon’s (D. Gatt) 4. Codebreaker (K. Galea)