Sport

Weightlifting u l-edukazzjoni fl-isport fit-tmien programm

Illum fil-4.50pm fuq Net Television jixxandar it-tmien programm Sport Extra. Fl-ewwel parti tal-programm, l-enfażi se tkun fuq dak li wettaq fl-aħħar xhur fi ħdan il-Federazzjoni Maltija tal-Weightlifting. Analiżi mal-President tal-assoċjazzjoni Jesmond Caruana kif ukoll intervisti ma’ tnejn mill-weightlifters ewlenin Yazmin Zammit Stevens u Tenishia Thornton.

Fit-tieni parti tal-programm, it-tema prinċipali se tkun l-irwol tal-edukazzjoni fl-isport. Charles Camenzuli attenda għal wieħed mil-lectures organizzati dan l-aħħar mill-Istitut ta’ Edukazzjoni Fiżika u Sport fi ħdan l-Università ta’ Malta fejn intervista lil Lara Tonna, uffiċjal responsabbli mill-korsijiet, kif ukoll Noel Aquilina li ttratta l-argument dwar l-inklużjoni ta’ atleti b’abbiltajiet differenti fl-isport.

Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’filmati ta’ Michael Farrugia u muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri.