Internazzjonali Lokali

Ażerbajġan: Talba formali mill-Parlament biex isiru elezzjonijiet ġodda

Il-Parlament tal-Ażerbajġan talab formalment biex il-President Ażeri, Ilham Aliyev, jiddikjarah xolt filwaqt li jħejji elezzjonijiet għal assemblea ġdida f’Baku.

L-elezzjoni ġenerali li jmiss fl-Ażerbajġan hi programmata għal Novembru tas-sena d-dieħla, iżda l-President Aliyev għandu d-dritt li jxolji l-Parlament u jsejjaħ vot bikri fuq livell nazzjonali.

Din is-sejħa mill-Parlament tal-Ażerbajġan qed issir xahar wara li l-Gvern tal-pajjiż kien għadda minn taqliba sħiħa.

Sadanittant, il-Kunsill Nazzjonali tal-Qawwiet Demokratiċi – bħala entità tal-Oppożizzjoni fl-Ażerbajġan – insista għal riforma elettorali fil-pajjiż qabel tista’ issir elezzjoni bikrija.

Is-sorsi qrib l-istess entità qed jgħidu li l-Kunsill għandu jibbojkottja l-vot f’każ li ma jsirux ir-riformi mitluba.

Ikkummenta