Lokali

Bdejna ġimgħa ġdida…u Muscat għadu Prim Ministru

Imsejħa protesta llum fl-4pm quddiem il-Parlament

Illum pajjiżna qam għal ġurnata ġdida wara ġimgħa ta’ taqlib politiku kbir, bil-Gvern Laburista idaħħal lil Malta fi kriżi politika bla preċedent.

Illum ukoll, il-Maltin reġgħu qamu b’Joseph Muscat Prim Ministru, minkejja s-sejħa qawwija għar-riżenja immedjata tiegħu. Bil-Prim Ministru jagħżel li jibqa’ granfat mas-siġġu tal-poter sa Jannar li ġej.

U huwa għalhekk li llejla, is-soċjeta’ ċivili qed terġa’ issejjaħ lin-nies għal protesta nazzjonali fil-Belt Valletta.

Il-protesta tal-lum se tibda fl-4pm quddiem il-Parlament, fil-ħin illi fih tkun qed tibda s-seduta tal-Kamra tad-Deputati. Aktar tard, għall-ħabta tas-6pm, il-protesta se tkun qed timxi lejn quddiem Kastilja.

Din il-protesta issegwi dik tal-bieraħ illi ġibdet l-eluf lejn it-toroq tal-kapitali, organizzati minn Repubblika u Occupy Justice.

Ritratt: Martin Agius