Delegazzjoni b’numru ta’ Membri Parlamentari Ewropej se jkunu qed jaslu Malta fis-sigħat li ġejjin. Id-delegazzjoni se tkun qed tiġi f’pajjiżna fid-dawl tal-aħħar żviluppi fl-investigazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Permezz ta’ stqarrija ntqal li minħabba l-iżviluppi politiċi u ġudizzjarji f’Malta, il-Parlament Ewropew għażel li jibgħat din id-delegazzjoni biex f’Malta jerġa’ jkun hawn is-saltna tad-dritt u biex issegwi s-sitwazzjoni minn viċin.
Id-delgazzjoni se tkun magħmulha minn membru minn kull grupp politiku:
- Roberta METSOLA (EPP, MALTA)
- Birgit SIPPEL (S&D, ĠERMANJA)
- Sophie IN ‘T VELD (Renew, OLANDA – Kap tad-delegazzjoni)
- Sven GIEGOLD (Greens/EFA, ĠERMANJA)
- Nicolaus FEST (ID, ĠERMANJA)
- Assita KANKO (ECR, BELĠJUM)
- Stelios KOULOGLOU (GUE/NGL, GREĊJA)
Id-delegazzjoni se tkun qed tiltaqa’ fost l-oħrajn mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mal-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici. Se tiltaqa’ wkoll mal-President ta’ Malta, l-Avukat Ġenerali Peter Grech, mal-ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, mal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u mar-rappreżentanti tal-Kamra tal-Avukati.
L-MEP’s se jiltaqgħu wkoll mal-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia u kif ukoll ma’ membri mis-Soċjetà Ċivili.
//= $special ?>