Lokali Parlament

Filgħodu jgħid li se jitlaq mill-politika; filgħaxija jgħid “għadu ma ddeċidiex”

Muscat iqatta' siegħa f'eloġju lilu innifsu

Għal aktar minn darba, Joseph Muscat fil-Parlament indika li għadu ma ddeċidiex jekk jibqax jew le fil-Parlament. Dan meta sa filgħodu kien qal li se jħares ‘il quddiem lejn “ħajja distakkata mill-politika” u bħala ċittadin normali.

F’diskors twil fil-Parlament, mimli eloġji lilu innifsu, Joseph Muscat qal li se jibqa’ jivvota Lejber.

F’ħin minnhom, id-diskors tant iddevja li spiċċa kawżi jagħmel lecture dwar l-istorja.

Il-Prim Ministru, f’diskors mill-aktar partiġġjan, ftaħar bil-maġġoranza “storika” li għandu l-Partit Laburista.

Muscat sostna li dan jaf ikun l-aħħar diskors tiegħu bħala Prim Ministru.