L-avventura ta’ Fabio Grosso fit-tmexxija ta’ Brescia damet biss tliet logħbiet. It-telfa ta’ 3-0 kontra Atalanta kienet it-tielet telfa konsekuttiva taħt Grosso, bil-President Massimo Celino jiddeċiedi li jkeċċi l-kowċ u jerġa’ jsejjaħ lil Eugenio Corini, il-predeċessur tal-istess Grosso.
Grosso mexxa lil Brescia kontra Torino, Roma u Atalanta bi tliet telfiet li fihom sofrew 10 gowls u ma skorjawx. B’hekk Brescia baqgħu fil-qiegħ tal-klassifika b’seba’ punti minn 14-il logħba. L-ewwel impenn ta’ Corini fit-tmexxija ta’ Brescia hu s-Sibt li ġej kontra Spal.
//= $special ?>